The People’s Declaration

The People’s Declaration

Aħna, iċ-ċittadini Ewropej, neżiġu teknoloġija li taqdina, minflok ma tpoġġi lilna, lill-komunitajiet tagħna u lid-demokraziji tagħna f’riskju.

Nitolbu li jitwaqqaf il-mudell kummerċjali distruttiv tal-kumpaniji tat-teknoloġija kbar, li dawru d-data tagħna stess f’armi kontrina.

Nitolbu internet aħjar, fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jaċċessaw infrastruttura u informazzjoni essenzjali, u jgawdu mill-konnessjoni u l-parteċipazzjoni, mingħajr ma jispiċċaw sempliċement prodotti f’ekonomija ta’ sorveljanza insidjuża.

Nappellaw għal dinja fejn l-ebda grupp żgħir ta’ biljunarji ma jkun jista’ jaġġusta algoritmu u jibdel id-destin ta’ biljuni ta’ persuni mingħajr restrizzjonijiet jew biża’ ta’ konsegwenzi.

Inħeġġu lil dawk kollha involuti fl-iskrutinju u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Ewropa biex iżżommu maċ-ċittadini li tirrappreżentaw u tieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jitrażżnu l-abbużi tal-kumpaniji tat-teknoloġija kbar filwaqt li tiddefendu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, b’mod partikolari - il-libertà tal-kelma għal kulħadd.

Infakkrukom li xogħolkom hu li tipproteġu lilna, iċ-ċittadini, u mhux il-profitti ta’ kumpaniji tat-teknoloġija enormi li joperaw b’impunità fi ħdan il-fruntieri tagħna.

L-ewwel pass importanti huwa Att dwar is-Servizzi Diġitali b’saħħtu li jservi bħala l-ewwel linja ta’ difiża kontra l-ħsara li jagħmlu l-kumpaniji tat-teknoloġija kbar. Dan għandu:

1. Jitfi l-magna tal-manipulazzjoni

Is-sistemi u l-algoritmi ta’ rakkomandazzjoni tossiċi tal-kumpaniji tat-teknoloġija kbar qed jamplifikaw id-diskors ta’ mibegħda u d-diżinformazzjoni - jisfruttaw kull difett tas-soċjetà b’sorveljanza bla waqfien biex jimmassimizzaw l-“interazzjoni”. Dawn ir-riskji sistemiċi huma maħluqa mhux biss minn atturi esterni iżda huma karatteristika ta’ mudell kummerċjali bla kuxjenza u bla etika. Wasal il-waqt li dawn il-pjattaformi jneħħu r-riskju mit-tfassil tagħhom, inaddfu l-algoritmi tagħhom, jagħtu lill-utenti kontroll reali fuqhom u jinżammu responsabbli fin-nuqqas ta’ dan.

2. Iwaqqaf is-sorveljanza għall-profitt

Ġejna ingannati biex nagħtu “kunsens” għas-sorveljanza. Qatt ma ngħatajna għażla sinifikanti. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali għandhom itemmu r-reklamar ta’ sorveljanza li qatt ma talbuh iċ-ċittadini. L-użu ta’ servizzi diġitali m’għandux ikun bil-kundizzjoni li taċċetta sorveljanza u ġbir ta’ profili. Barra minn hekk, nitolbu trasparenza fl-aspetti kollha ta’ reklamar online u fl-infurzar tad-drittijiet tad-data tagħna biex tassew isiru realtà.

3. Iċ-ċittadini jerġgħu jingħataw il-poter

Il-kumpaniji tat-teknoloġija kbar ma jistgħux ikomplu jieħdu d-deċiżjonijiet kollha huma, bla restrizzjonijiet. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu joħloq setgħat aktar b’saħħithom għar-regolaturi biex iżommu lill-kumpaniji tat-teknoloġija kbar responsabbli, inkluż permezz ta’ setgħat tal-awditjar robusti li ma jistgħux faċilment iduru magħhom il-kumpaniji. L-Ewropa m’għandhiex tippermetti li nerġgħu naraw il-fallimenti fl-infurzar li rajna bir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

L-organizzazzjonijiet tagħna jirrappreżentaw ‘il fuq minn 71,872,881 ċittadin madwar l-UE. Illum, qed nibagħtu messaġġ f’saħħtu: aħna ċ-ċittadini mhux se nittolleraw aktar dan l-attakk korporattiv ma jaqtax fuq ħajjitna u l-libertà tagħna.

Aħna nippretendu u nappellaw lir-rappreżentanti eletti tagħna juru solidarjetà magħna.

Iffirmata,

  1. aHang
  2. AI Forensics
  3. Albanian Media Council (Këshilli Shqiptar i Medias)
  4. Alliance4Europe
  5. All Out
  6. AI Forensics
  7. Amnesty Hungary
  8. Amnesty International
  9. Amnesty International Česká Republika
  10. Amnistia Internacional Portugal
  11. Associação ILGA Portugal
  12. Aufstehn.at
  13. Avaaz
  14. BeLonG To
  15. Betterplace Lab
  16. Bilitis Resource Center Foundation
  17. Campact
  18. Centar za mirovne studije \| Centre for Peace Studies
  19. Center for Countering Digital Hate
  20. Centre for Research on Multinational Corporations (SOMO)
  21. Civil Liberties Union for Europe
  22. Coalition For Women In Journalism
  23. Compassion in Politics
  24. Corporate Europe Observatory
  25. Critical Future Tech
  26. Cyber Rights Organization
  27. D64 (Germany)
  28. Daphne Caruana Galizia Foundation
  29. Dare to be Grey
  30. Data Rights
  31. De Goode Zaak
  32. Declic
  33. Defend Democracy
  34. Defesa dos Direitos Digitais
  35. Demos
  36. DigiQ
  37. Disruption Network Lab e.V.
  38. Društvo Ženska svetovalnica
  39. Ελληνικό Παρατηρητήριο των Συμφωνιών του Ελσίνκι - Greek Helsinki Monitor
  40. Eesti Inimõiguste Keskuse
  41. Eesti LGBT Ühing
  42. Ekō
  43. Eticas Foundation
  44. Eurochild
  45. European Network Against Racism
  46. European Public Service Union (EPSU)
  47. European Roma Rights Centre
  48. European Trade Union Confederation/Confédération Européenne des Syndicats
  49. European Youth Forum
  50. Fair Vote UK
  51. Faith Matters
  52. Federación de Consumidores y Usuarios CECU
  53. Forum for Equitable Development
  54. Foundation for Market Information Research (SOMI)
  55. Foxglove
  56. Freedom United
  57. Friends of the Earth Europe
  58. Gays and Lesbians Accepted in Society Foundation
  59. Glitch
  60. Global Action Plan
  61. Global Witness
  62. Gong
  63. Hate Aid
  64. Hexatrust
  65. Human Rights Monitoring Institute
  66. Inštitut - Marec
  67. Institute for Strategic Dialogue
  68. International Simultaneous Policy Organisation (ISPO)
  69. Irish Council for Civil Liberties
  70. KaskoSan Roma Charity
  71. Le Mouvement
  72. LGBT Deystvie
  73. Lie Detectors
  74. Lobby Control
  75. Mirovni Institute
  76. Missing Children Europe
  77. Motif
  78. Netwerk Democratie
  79. Never Again Association / NIGDY WIĘCEJ
  80. New Design Congress
  81. Open Rights Group
  82. Panoptykon Foundation
  83. Ranking Digital Rights
  84. Rasismin Ja Muukalaispelon Vastainen Yhdistys Ry
  85. Reporters Sans Frontières
  86. Repubblika
  87. She Persisted
  88. Skiftet.org
  89. Statewatch
  90. Stop Climate Chaos
  91. Stop Data Porn
  92. Stop Funding Heat
  93. Super Bloom (formerly Simply Secure)
  94. Superrr Lab
  95. Tell MAMA
  96. The Citizens
  97. The Good Lobby
  98. The London Story (Netherlands)
  99. The Peter Tatchell Foundation
  100. The Real Facebook Oversight Board
  101. The Signals Network
  102. Transparência Internacional Portugal
  103. Transparency International EU
  104. Transparency International Lithuania
  105. Transparency International Nederland
  106. Transparent Referendum Initiative
  107. Udesin
  108. Unblack the Box
  109. Unicorns in Tech
  110. UNI europa – The European Services Workers Union
  111. Uplift
  112. VoxPublic
  113. Waag
  114. WeMove Europe
  115. Women in AI (Austria)
  116. Women's Lobby of Slovenia
  117. World Uyghur Congress (Germany)
  118. 0D
  119. 5Rights Foundation
Menu